Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2008 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-154/06)
“Fond Soċjali Ewropew (FSE) – Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja – Artikolu 24 tar-Regolament (KEE) Nru 4253/88 – Eżami xieraq tal-każ mill-Kummissjoni – Rikors għal annullament”
Koeżjoni ekonomika u soċjali - Għajnuna strutturali - Finanzjament Komunitarju - Stħarriġ fid-dettall mill-awtoritajiet nazzjonali tal-osservanza tal-obbligi finanzjarji tal-benefiċjarji ta’ għajnuna - Portata - Dikjarazzjoni dwar il-legalità tal-infiq stabbilita minn dipartiment indipendenti mid-dipartiment ta’ implementazzjoni - Dikjarazzjoni li tikkostitwixxi prova ċentrali u affidabbli - Obbligu tal-Kummissjoni li twettaq investigazzjoni ġdida - Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 4253/88, Artikoli 23 u 24; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2064/97, Artikolu 8) (ara l-punti 38-43, 50-52, 66-69, 77, 78, 91)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 1171 tat-23 ta’ Marzu 2006, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) għal programm operattiv fir-Reġjun ta’ Sqallija, li jidħol fil-kuntest Komunitarju ta’ sostenn għall-interventi strutturali Komunitarji li jaqgħu taħt l-għan Nru 1 fl-Italja (perijodu 1994 sa 1999).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy