Sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2008 – Adobe vs UASI (FLEX)
(Kawża T-158/06)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FLEX – Raġuni relattiva għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 45, 47, 48, 56, 57)
Suġġett
Rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ April 2006 (Każ R 1430/2005-2) dwar ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja FLEX Nru 3 795 011.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Adobe Systems Inc.
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali FLEX għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42 – Applikazzjoni Nru 3795011
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud parzjalment
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Adobe Systems Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy