Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Novembru 2007 – Charlott vs UASI – Charlo (Charlott France Entre Luxe et Tradition)
(Kawża T-169/06)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Charlott France Entre Luxe et Tradition – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Charlot – Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
1. Trade mark Komunitarja – Osservazzjonijiet minn terzi u oppożizzjoni – Eżami ta’ l-oppożizzjoni – Prova ta’ l-użu tat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punti 37, 64)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta’ Appell ta’ l-UASI ta’ l-24 ta’ April 2006 (Każ R 223/2005-2) rigward proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Charlo Confecções para Homens, Artigos de Lã e Outros SA. u Charlott SARL.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Charlott SARL
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva Charlott France Entre Luxe et Tradition għal prodotti fil-klassi 25 – Applikazzjoni Nru 1853274
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Charlo – Confecções para Homens, Artigos de Lã e Outros SA
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Trade mark figurattiva nazzjonali Charlot għal prodotti fil-klassi 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-oppożizzjoni annullata
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Charlott SARL hija kkundannata għall-ispejjeż, ħlief dawk sostnuti mill-intervenjenti.
3)
Charlo - Confecções para Homens, Artigos de Lã e Outros SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy