Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Lulju 2008 – Sviluppo Italia Basilicata vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-176/06)
“Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja – Rikors għal annullament – Fondi ta’ kapital ta’ riskju – Data ta’ skadenza għall-implementazzjoni tal-investimenti – Proċedura – Prinċipji tal- protezzjoni tal-aspettativi leġittimi u ta’ ċertezza legali – Prinċipju ta’ proporzjonalità – Motivazzjoni – Rikors għad-danni”
1. Koeżjoni ekonomika u soċjali - Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali - Deċiżjoni dwar tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja (Regolament tal-Kunsill Nru 4253/88, Artikolu 24) (ara l-punti 42-59)
2. Koeżjoni ekonomika u soċjali - Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali - Deċiżjoni dwar tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja (Regolament tal-Kunsill Nru 4253/88, Artikoli 25 u 26) (ara l-punti 78-82, 89-92)
3. Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata (Artikolu 253 KE) (ara l-punti 97-102)
4. Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 4253/88) (ara l-punti 116-118)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 1706, tal-20 ta’ April 2006, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali favur l-allokazzjoni globali għall-implementazzjoni ta’ miżuri ta’ sostenn ta’ impriżi żgħar u medji li joperaw fir-Reġjun tal-Basilicata fl-Italja, mogħtija fil-kuntest Komunitarju ta’ sostenn għall-interventi strutturali Komunitarji fir-reġjuni li jaqgħu taħt l-Objettiv Nru 1 fl-Italja, u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens għad-danni kkawżati b’din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Sviluppo Italia Basilicata SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy