Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tat-3 ta' Ġunju 2009 – Il-Kummissjoni vs Burie Onderzoek en Advies
(Kawża T-179/06)
“Klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratti konklużi fil-kuntest tal-programm RACE II u ta’ programm speċifiku fil-qasam tal-applikazzjonijiet telematiċi ta’ interess ġenerali – Rimbors ta’ parti mill-ammonti mħallsa bil-quddiem – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza – Inammissibbiltà parzjali – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Kontrotalba”
Proċedura – Kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ (Artikolu 238 KE) (ara l-punti 59-62, 100)
Suġġett
Talba abbażi tal-klawżola tal-arbitraġġ skont l-Artikolu 238 KE, intiża sabiex tinkiseb il-kundanna ta’ Burie Onderzoek en Advies BV għar-rimbors ta’ parti mill-ammonti mħallsa bil-quddiem mill-Komunità Ewropea, kif ukoll l-interessi moratorji abbażi ta’ żewġ kuntratti ta’ finanzjament fil-qasam tat-teknoloġija avvanzata tal-komunikazzjoni fl-Ewropa u tal-applikazzjonijiet telematiċi.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors għar-rimbors tal-ammonti mħallsa bil-quddiem mill-Kummissjoni abbażi tal-kuntratt Barbara (Broad Range of Community Based Telematics Applications in Rural Areas), li għandu r-referenza “Proġett R 2022”, huwa miċħud bħala inammissibbli, sa fejn huwa dirett kontra Burie Onderzoek en Advies BV, minħabba n-nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal‑Prim’Istanza li tiddeċiedi fuq dan.
2)
Burie Onderzoek en Advies hija kkundannata, abbażi tal-kuntratt Telepromise (Telematics to Provide for Missing Services), li għandu r‑referenza “Proġett UR 1028”, tħallas lill-Kummissjoni s-somma kapitali ta’ EUR 109 535.62, barra mill-interessi moratorji bir-rata legali applikabbli fil-Pajjiżi l-baxxi mill-31 ta’ Awwissu 2001 sakemm jitħallas id-dejn kollu.
3)
Il-kontrotalba ta’ Burie Onderzoek en Advies hija miċħuda.
4)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy