Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2008 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-181/06)
“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju – Korrezzjonijiet finanzjarji – Frott u ħaxix – Prodotti tal-ħalib – Uċuħ tar-raba’ li jinħarat – Żvilupp rurali – Nuqqas ta’ osservanza tat-termini ta’ pagament”
1. Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Frott u ħaxix –Organizzazzjonijiet ta’ produtturi (Regolamenti tal-Kunsill Nru 2988/95, Artikolu 2(1), u Nru 2200/96, Artikolu 13(2)) (ara l-punti 39-47)
2. Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Frott u ħaxix –Regolament Nru 2200/96 (Regolament tal-Kunsill Nru 2200/96, Artikolu 30(1) u (2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 659/97, Artikolu 17(2)) (ara l-punti 57-61)
3. Agrikoltura – FAEGG – Clearance tal-kontijiet – Rifjut li tittieħed responsabbiltà għal ħlas li jirriżultaw minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja (ara l-punt 65)
4. Agrikoltura – Politika agrikola komuni – Finanzjament mill-FAEGG – Proċedura ta’ clearance tal-kontijiet – Proċedura ta’ konċiljazzjoni – Opinjoni tal-korp ta’ konċiljazzjoni (ara l-punt 68)
5. Agrikoltura – FAEGG – Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums – Obbligu tal-Istati Membri li jorganizzaw sistema effettiva ta’ verifiki amministrattvi u ta’ verifiki fuq il-post (ara l-punt 160)
6. Agrikoltura – Politika agrikola komuni – Finanzjament mill-FAEGG – Prinċipji – Rifjut li tittieħed responsabbiltà għal ħlas irregolari (ara l-punti 181-184)
7. Agrikoltura – FAEGG – Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums –Obbligu tal-Istati Membri li jorganizzaw sistema effettiva ta’ verifiki amministrattivi u ta’ verifiki fuq il-post – Portata (Regolament tal-Kummissjoni Nru 3887/92, Artikolu 6(1)) (ara l-punt 195)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/334/KE, tat-28 ta’ April 2006, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) (ĠU L 124, p. 21), sa fejn din teskludi ċertu nfiq magħmul mir-Repubblika Taljana fis-setturi tal-frott u ħaxix, tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, tal-uċuħ tar-raba’, tal-iżvilupp rurali kif ukoll fil-qasam ta’ termini ta’ pagament.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy