Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Settembru 2009 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-183/06)
“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju – Tessuti tal-għażel – Effettività tal-kontrolli”
1. Agrikoltura - FAEGG - Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums (Regolament tal‑Kunsill Nru 1258/1999, Artikolu 8(1)) (ara l-punti 31, 32)
2. Agrikoltura - FAEGG - Clearance tal-kontijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 1258/1999, Artikolu 7(4)) (ara l-punti 33-35)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/334/KE, tat-28 ta’ April 2006, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) (ĠU L 124, p. 21).
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/334/KE, tat-28 ta’ April 2006, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu infiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), hija annullata sa fejn hija teskludi l-infiq kollu magħmul mir-Repubblika Portugiża fis-settur tal-għażeb.
2)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-iżpejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy