Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Settembru 2007 – Il-Kummissjoni vs Internet Commerce Network u Dane-Elec Memory
(Kawża T-184/06)
“Klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratt konkluż fil-kuntest ta’ programm speċifiku fil-qasam tat-teknoloġiji tas-soċjetà ta’ l-informazzjoni (Proġett Crossmarc) – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt – Rifużjoni tas-somma mħallsa bil-quddiem mill-Komunità – Garanzija ta’ l-obbligi kuntrattwali ma’ l-ewwel talba – Proċedura fil-kontumaċja”
Proċedura – Kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza fuq il-bażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ (ara l-punti 25-29, 31-36)
Suġġett
Rikors magħmul abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ intiż li jikseb il-kundanna tal-konvenuti sabiex jirrifondu s-somma mħallsa bil-quddiem mill-Komunità, kif ukoll l-interessi għad-dewmien, minħabba n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt Nru 2000-25366, konkluż fil-kuntest ta’ programm speċifiku ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku, u ta’ dimostrazzjoni, fil-materja tat-teknoloġiji tas-soċjetà ta’ l-informazzjoni (TSI) (1998-2002) u li jirrigwarda l-proġett Crossmarc (Cross-lingual Multi Agent Retail Comparison).
Dispożittiv
1)
Dane-Elec Memory hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej is-somma prinċipali ta’ EUR 55 878, bl-interessi:
2)
bir-rata ta’ 4,75 % fis-sena mis-16 ta’ Marzu 2004 sal-31 ta’ Diċembru 2005;
3)
bir-rata ta’ 5 % fis-sena mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2006;
4)
bir-rata ta’ 5,25 % fis-sena mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-ħlas totali tad-dejn.
5)
M’hemmx lok li tiġi deċiża t-talba magħmula kontra Internet Commerce Network.
6)
Dane-Elec Memory għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk tal-Kummissjoni.
7)
Internet Commerce Network għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy