Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2008 – Gerson vs UASI (Filtru taż-żebgħa parzjalment b’kulur isfar)
(Kawża T-201/06)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali – Filtru taż-żebgħa parzjalment b’kulur isfar – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 23-26)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Mejju 2005 (Każ R 1387/2005-2), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali, kompost minn filtru taż-żebgħa b’kulur isfar qrib il-ponta tiegħu, bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Louis M. Gerson Co., Inc.
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark tridimensjonali relatata ma’ filtru taż-żebgħa parzjalment b’kulur isfar għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16 u 21 – Applikazzjoni Nru 3969367
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Louis M. Gerson CO., Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy