Sentenza tal‑Qorti tal‑Prim’Istanza (Il‑Ħames Awla) tal‑10 ta’ Ġunju 2009 – Vivartia vs UASI – Kraft Foods Schweiz (milko ΔΕΛΤΑ)
(Kawża T‑204/06)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva milko ΔΕΛΤΑ – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti MILKA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh bejn is-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 28, 48-50)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Ġunju 2006 (Każ R 540/2005‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kraft Foods Schwiez Holding AG u Delta Protypos Viomichania Galaktos AE.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Vivartia ABEE Proïonton Diatrofis kai Ypiresion Estiasis, li kienet Delta Protypos Viomichania Galaktos AE
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva milko ΔΕΛΤΑ għal prodotti fil-klassi 30 – Applikazzjoni Nru 2474674
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Kraft Foods Schweiz Holding AG
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade marks figurattivi Komunitarji u nazzjonali kif ukoll it-trade marks verbali MILKA għall-prodotti fil-klassijiet 5, 29, 30 u 32
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Vivartia ABEE Proïonton Diatrofis kai Ypireison Estiasis hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy