Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2011 – Total u Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-206/06)
“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-metakrilati – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur – Drittijiet tad-difiża – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Obbligu ta’ motivazzjoni – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet – Prinċipju ta’ legalità tad-delitti u tal-pieni – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prinċipju ta’ ċertezza legali – Użu ħażin ta’ poter – Multi – Attribuzzjoni tar-responsabbiltà għall-ħlas fi ħdan grupp ta’ kumpanniji”
1. Kompetizzjoni - Regoli Komunitarji - Ksur - Imputazzjoni - Kumpannija parent u sussidjarji - Unità ekonomika - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha (Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 45-48, 115, 116, 205)
2. Kompetizzjoni - Regoli Komunitarji - Ksur - Imputazzjoni - Kumpannija parent u sussidjarji - Unità ekonomika - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha - Sussidjarja miżmuma minn kumpannija holding - Ċirkustanza insuffiċjenti sabiex tikkonfuta l-preżunzjoni (Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 78, 79, 85)
3. Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet - Kontenut neċessarju - Rispett tad-drittijiet tad-difiża - Impriżi mogħtija l-opportunità li jagħtu l-opinjoni tagħhom fuq il-fatti, l-ilmenti u ċ-ċirkustanzi allegati mill-Kummissjoni (Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 130-133)
4. Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Deċiżjoni li jiġu applikati r-regoli tal-kompetizzjoni - Deċiżjoni li tikkonċerna diversi destinatarji - Neċessità ta’ motivazzjoni suffiċjenti b’mod partikolari fir-rigward tal-entità li għandha tirrispondi għall-akkuża ta’ ksur (Artikoli 81 KE u 253 KE) (ara l-punti 177, 178)
5. Kompetizzjoni - Regoli Komunitarji - Ksur - Imputazzjoni - Kumpannija parent u sussidjarji - Unità ekonomika - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha - Tqassim tal-ħlas tal-multa bejn l-entitajiet ġuridiċi differenti li jifformaw l-unità ekonomika - Ksur tan-natura unitarja tal-kunċett ta’ impriża - Assenza (Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 205-209)
6. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Natura dissważiva - Obbligu li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-multi diġà imposti għal attivitajiet antikompetittivi oħra - Assenza (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23) (ara l-punti 297, 298)
7. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Natura dissważiva - Teħid inkunsiderazzjoni tad-daqs u tar-riżorsi globali tal-impriża sanzjonata (Artikolu 81 KE;Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23) (ara l-punt 303)
8. Proċedura - Talba għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Elementi ġodda ta’ natura li jeżerċitaw influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 62) (ara l-punt 306)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-Artikolu 1(ċ) u (d), tal-Artikolu 2(b) u tal-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 2098 finali, tal-31 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.645 – Metakrilati), kif ukoll, sussidjarjament, talba sabiex jiġi emendat l-Artikolu 2(b) tal-imsemmija deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Total SA u Elf Aquitaine SA huma kkundannati għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy