Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2008 – Otto vs UASI – L’Altra Moda (l’Altra Moda)
(Kawża T-224/06)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva l’Altra Moda – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Alba Moda – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 73 u Artikolu 74(1) u (2) tar-Regolament Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 32-36, 46)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Ġunju 2006 (Każ R 793/2005-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Otto GmbH & Co. KG u L’Altra Moda SpA.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
L’Altra Moda SpA
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva l’Altra Moda għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Otto GmbH & Co. KG
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark nazzjonali figurattiva Alba Moda għal prodotti fil-klassi 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Otto GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u ta’ L’Altra Moda SpA..
Full & Egal Universal Law Academy