Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2008 – REWE‑Zentral vs UASI (Port Louis)
(Kawża T-230/06)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PORT LOUIS – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Indikazzjoni tal-oriġini ġeografika tal-prodotti li għalihom saret applikazzjoni – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja ‑ Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja ‑ Raġunijiet assoluti għal rifjut ‑ Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott ‑ Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7 (1)(b) u (ċ)) (ara l-punti 39, 45, 54, 65-66, 70-72)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-UASI, tal-21 ta’ Ġunju 2006 (Każ R 25/2006-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali PORT LOUIS bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
REWE-Zentral AG
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali Port Louis għal prodotti fil-klassijiet 18, 24 u 25 – Applikazzjoni Nru 3664133
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-21 ta’ Ġunju 2006 (Każ R 25/2006-1) hija annullata.
2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy