Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Settembru 2011 – Evropaïki Dynamiki vs Il‑Kummissjoni
(Kawża T-232/06)
“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Provvista ta’ servizzi intiżi li jkopru l-ispeċifikazzjoni, l-iżvilupp, il-manutenzjoni u s-sostenn ta’ sistemi tal-informatika doganali relatati ma’ ċerti proġetti tal-informatika – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor – Rikors għad-danni – Ksur tar-rekwiżiti proċedurali – Inammissibbiltà – Rikors għal annullament – Terminu sa meta jintlaqgħu l-offerti – Terminu għall-preżentazzjoni ta’ talbiet għal informazzjoni – Ugwaljanza fit-trattament – Żball manifest ta’ evalwazzjoni”
1. Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Identifikazzjoni tas-suġġett tal-kawża - Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati - Rikors intiż għall-kumpens tad-danni kkawżati minn istituzzjoni tal-Unjoni - Assenza ta’ indikazzjonijiet dwar in-natura u l-portata tal-preġudizzju u dwar ir-rabta kawżali - Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 30-32)
2. Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Iffissar tat-terminu għall-preżentazzjoni ta’ talbiet għal informazzjoni addizzjonali - Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tad-data aħħarija sa meta kellhom jintlaqgħu offerti - Irregolaritajiet tal-proċedura prekontenzjuża - Effetti - Annullament tad-deċiżjoni kkontestata - Kundizzjonijiet - Oneru tal-prova (ara l-punti 61-68)
3. Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Obbligu li jiġi osservat il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti - Neċessità li jiġu nnewtralizzati b’mod assolut il-vantaġġi kollha tal-offerent kontraenti attwali - Assenza (ara l-punti 74-77)
4. Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej - Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti - Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet - Stħarriġ ġudizzjarju - Limiti (ara l-punti 180, 195)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Ġunju 2006, li tiċħad l-offerta magħmula mill-konsorzju magħmul mir-rikorrenti u minn kumpanniji oħrajn, fil-kuntest ta’ sejħa għall-offerti dwar l-ispeċifikazzjoni, l-iżvilupp, il-manutenzjoni u s-sostenn ta’ sistemi tal-informatika doganali relatati mal-proġetti tal-informatika “CUST-DEV”, u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
Full & Egal Universal Law Academy