Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2007 –
Cabrera Sánchez vs UASI – Industrias Cárnicas Valle (el charcutero artesano)
(Kawża T-242/06)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva el charcutero artesano – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti El Charcutero – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 84-86, 90, 92)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta’ l-Ewwel Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tal-15 ta’ Ġunju 2006 (Każ R 790/2005-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Miguel Cabrera Sánchez u Industrias Cárnicas Valle, SA.
Data relatata mal-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Industrias Cárnicas Valle, SA
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva bil-kulur el charcutero artesano għal prodotti fil-klassi 29 – Applikazzjoni Nru 2823193
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Miguel Cabrera Sánchez
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Trade mark nazzjonali figurattiva El Charcutero għal prodotti fil-klassi 29 – Applikazzjoni Nru 2047511
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni miċħuda u t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni rreġistrata
Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell
Appell miċħud
1)
Dispożittiv
2)
Ir-rikors huwa miċħud.
3)
Miguel Cabrera Sánchez għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
Full & Egal Universal Law Academy