Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2008 – Promat vs UASI – Puertas Proma (PROMAT)
(Kawża T-243/06)
“Trade mark Komunitarja − Proċedimenti ta’ oppożizzjoni − Applikazzjoni għat‑trade mark Komunitarja figurattiva PROMAT − Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti PROMA − Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni – Raġuni relattiva għal rifjut − Probabbiltà ta’ konfużjoni − Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja − Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja − Raġunijiet relattivi għal rifjut − Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu − Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 54)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Mejju 2006 (Każ R 1059/2005-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Puertas Proma, SAL u Promat GmbH.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Promat GmbH
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva PROMAT għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 3, 6 sa 12, 14, 16, 17, 20 sa 22, 25 u 37 – Applikazzjoni Nru 932202
Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:
Puertas Proma, SAL
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
B’mod partikolari, it-trade mark figurattiva PROMA li tkopri l-prodotti u s-servizzi fil-klassijiet 6, 20 u 39 (Trade mark Komunitarja Nru 239384)
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud
2)
Promat GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy