Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Mejju 2008 – Redcats vs UASI – Revert & Cía (REVERIE)
(Kawża T-246/06)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali REVERIE – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Revert – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill KE Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 44, 47-48)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Lulju 2006 (Każ R 171/2005-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Manuel Revert & Cía, SA u Redcats SA.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Redcats SA
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali REVERIE għall-prodotti fil-klassijiet 16, 20 u 24 – Applikazzjoni Nru 2146447
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Manuel Revert & Cía, SA
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark Komunitarja figurattiva Revert għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 24, 25 u 39
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni rigward il-prodotti inkwistjoni fil-klassi 24 ikkonfermata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Redcats SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy