SENTENZA TAL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA (Awla ta’ l-Appelli)
5 ta’ Lulju 2007
Kawża T-247/06 P
Carlos Sanchez Ferriz
vs
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Rapport ta’ l-iżvilupp tal-karriera – Proċedura ta’ evalwazzjoni 2003 – Appell infondat”
Suġġett: Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta’ l-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tat-28 ta’ Ġunju 2006, Sanchez Ferriz vs Il-Kummissjoni (F-19/05, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), sabiex din is-sentenza tiġi annullata.
Deċiżjoni: L-appell huwa miċħud. C. Sanchez Ferriz huwa kkundannat għall-ispejjeż ta’ din l-istanza.
Sommarju
Uffiċjali – Evalwazzjoni – Rapport ta’ l-iżvilupp tal-karriera
(Regolamenti tal-Personal, Artikolu 43)
Hemm ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali meta jiġi applikat trattament differenti lil żewġ kategoriji ta’ persuni li s-sitwazzjonijiet legali u fattwali tagħhom ma jippreżentawx differenza essenzjali jew meta sitwazzjonijiet differenti jiġu ttrattati b’mod identiku.
Ma jistax jiġi kkunsidrat bħala ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali l-fatt li, minħabba l-applikazzjoni tar-regola li tistabbilixxi tweżin tal-punti assenjati taħt id-diversi intestaturi tar-rapport ta’ l-iżvilupp tal-karriera, żewġ uffiċjali li għandhom eżattament l-istess numru ta’ punti f’intestatura ta’ dan ir-rapport jirċievu numru totali ta’ punti differenti meta jiżdiedu l-punti assenjati taħt l-intestaturi l-oħra, peress li din id-differenza tirrifletti l-fatt li dawn l-uffiċjali mhumiex fl-istess sitwazzjoni fir-rigward ta’ dawn l-intestaturi l-oħra. L-istess konklużjoni tapplika fil-każ fejn żewġ uffiċjali li kisbu numru ta’ punti differenti taħt waħda minn dawn l-intestaturi jirċievu numru totali ta’ punti identiku meta jiżdiedu l-punti assenjati taħt l-intestaturi l-oħra.
(ara l-punti 36 u 37)
Referenza għal: Il-Qorti tal-Prim’Istanza 7 ta’ Frar 1991, Tagaras vs Il-Qorti tal-Ġustizzja, T-18/89 u T-24/89, Ġabra p. II-53, punt 68; Il-Qorti tal-Prim’Istanza 28 ta’ Ottubru 2004, Lutz Herrera vs Il-Kummissjoni, T-219/02 u T-337/02, ĠabraSP p. I-A-319 u II-1407, punt 93; Il-Qorti tal-Prim’Istanza 25 ta’ Ottubru 2005, Fardoom u Reinard vs Il-Kummissjoni, T-43/04, ĠabraSP p. I‑A‑329 u II‑1465, punt 42; Il-Qorti tal-Prim’Istanza 28 ta’ Novembru 2006, Milbert et vs Il-Kummissjoni, T‑47/04, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 53
Full & Egal Universal Law Academy