Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2008 – Torres vs UASI – Navisa Industrial Vinícola Española (MANSO DE VELASCO)
(Kawża T-259/06)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat‑trade mark Komunitarja verbali MANSO DE VELASCO – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VELASCO – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 27, 73)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Ġunju 2006 (Każ R 865/2005-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Navisa Industrial Vinícola Española, SA u Miguel Torres, SA.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Miguel Torres, SA
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali MANSO DE VELASCO għal prodotti fil-klassi 33 — Applikazzjoni Nru 2261527
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Navisa Industrial Vinícola Española, SA
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark verbali Spanjola VELASCO għal prodotti fil-klassi 33
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Miguel Torres, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy