Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Novembru 2008 – Rautaruukki vs UASI (RAUTARUUKKI)
(Kawża T-269/06)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali RAUTARUUKKI – Raġunijiet assoluti għal rifjut tar-reġistrazzjoni – Karattru deskrittiv – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u (ċ), u Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Provi mressqa”
1. Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti Komunitarja – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 135(4); Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 63) (ara l-punti 20, 21)
2. Proċedura – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 33-35)
3. Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv, deskrittivi jew komuni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(3)) (ara l-punti 50, 51)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Lulju 2006 (Każ R 48/2006-4), dwar ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali RAUTARUUKKI bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Rautaruukki Oyj
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali RAUTARUUKKI għal prodotti b’mod partikolari fil-klassi 6 – Applikazzjoni Nru 3608081
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Rautaruukki Oyj hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy