Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Novembru 2008 – Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-278/06)
“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju – Butir – Kontroll tal-kwantità tal-prodott miksub – Kontrolli fuq il-post – Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 2571/97”
1. Agrikoltura - FAEGG - Clearance ta’ kontijiet - Rifjut li jiġi kopert infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja (Regolament tal-Kunsill Nru 1258/1999) (ara l-punti 21-23, 91, 100)
2. Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Ħalib u prodotti mill-ħalib (Regolament tal-Kummissjoni Nru 2571/97, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 48-55, 58, 68)
3. Koeżjoni ekonomika u soċjali - Għajnuna strutturali - Finanzjamenti Komunitarji mogħtija għal azzjonijiet nazzjonali (Regolament tal-Kummissjoni Nru 2571/97, Artikolu 23(2)) (ara l-punt 71)
Suġġett
Talba għal annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/554/KE, tas-27 ta’ Lulju 2006, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Garanzija” (ĠU L 218, p. 12), sa fejn hija teskludi ċertu nfiq magħmul mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq fil-qasam tax-xaħam tal-butir fl-industrija tal-ikel.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huma kkundannati għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy