Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tat-30 ta’ April 2009 – Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-281/06)
“FAEGG – Taqsima “Garanzija” – Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju – Għajnuna li tikkumpensa lill-produtturi tal-banana – Irregolaritajiet fil-kontrolli tal-kwalità – Tip ta’ korrezzjoni finanzjarja applikata – Proporzjonalità”
1. Agrikoltura – FAEGG – Clearance tal-kontijiet (Regolamenti tal-Kunsill Nru 729/70, Artikolu 5(2)(c), u Nru 1258/1999, Artikolu 7(4)) (ara l-punti 42, 43, 65, 66, 71)
2. Atti tal-istituzzjonijiet – Regolamenti – Regolament li jippreskrivi miżuri speċifiċi ta’ stħarriġ (ara l-punt 48)
3. Agrikoltura – Politika agrikola komuni – Finanzjament mill-FAEGG (Regolamenti tal-Kunsill Nru 404/93, Artikolu 12(1), u Nru 1258/1999, Artikolu 8(1); Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 2257/94 u Nru 2898/95, Artikolu 7(3)) (ara l-punt 53)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/554/KE, tas-27 ta’ Lulju 2006, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taqsima ‘Garanzija’ (ĠU L 218, p. 12), sa fejn din tipprovdi korrezzjoni finanzjarja applikabbli għall-infiq iddikjarat mir-Renju ta’ Spanja bħala kumpens lill-produtturi tal-banana għas-snin 2002 u 2003.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy