Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2008 – Torres VS UASI – Bodegas Cándido (TORRE DE FRIAS)
(Kawża T-285/06)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TORRE DE FRIAS – Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti TORRES u LAS TORRES – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 42, 69)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-27 ta’ Lulju 2006 (Każ R 1069/2000-2), tat-Tieni Bord tal-Appell dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Miguel Torres, SA u Bodegas Cándido, SA.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Bodegas Cándido, SA
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali TORRE DE FRIAS, għal prodotti fil-klassi 33 –Applikazzjoni Nru 305151
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Miguel Torres, SA
Trade marks jew sinjali invokati insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade marks verbali nazzjonali u internazzjonali TORRES u t-trade mark internazzjoni LAS TORRES, għal prodotti fil-klassi 33
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Miguel Torres, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy