Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2008 – Torres vs UASI – Vinícola de Tomelloso (TORRE DE GAZATE)
(Kawża T-286/06)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat‑trade mark Komunitarja verbali TORRE DE GAZATE – Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti TORRES u LAS TORRES – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 42, 69)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall‑Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Lulju 2006 (Każ R 421/2004-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Miguel Torres, SA u Vinícola de Tomelloso, SCL.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Vinícola de Tomelloso, SCL
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali TORRE DE GAZATE, għal prodotti fil-klassi 33 –Applikazzjoni Nru 1632017
Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑snjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:
Miguel Torres, SA
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade marks verbali nazzjonali u internazzjonali TORRES u trade mark verbali internazzjonali LAS TORRES, għal prodotti fil-klassi 33
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Miguel Torres, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy