Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tat-22 ta’ April 2009 – CESD‑Communautaire vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-289/06)
“Kuntratti pubbliċi – Dikjarazzjoni ta’ nuqqas serju ta’ eżekuzzjoni – Artikolu 93(1)(f) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 – Rikors għal annullament – Żball ta’ fatt u ta’ liġi – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza – Interess ġuridiku – Ammissibbiltà – Abbuż ta’ poter – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża”
1. Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Interess ġuridiku (Ir‑raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 64-71)
2. Rikors għal annullament - Motivi - Abbuż ta’ poter - Kunċett (Artikolu 230 KE) (ara l-punt 82)
3. Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Motiv ibbażat fuq in-nuqqas jew l-insuffiċjenza tal-motivazzjoni - Motiv ibbażat fuq l-ineżattezza tal-motivazzjoni - Distinzjoni (Artikolu 253 KE) (ara l-punti 106, 107)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Awwissu 2006, li biha hija informat lir-rikorrent li kienet ħadet id-deċiżjoni li tikkonstata, fir-rigward ta’ tliet kuntratti msemmija hemmhekk, nuqqas serju ta’ eżekuzzjoni skont l-Artikolu 93(1)(f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, tal-25 ta’ Ġunju 2002, dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (Kapitolu 1, Vol. 4., p. 74).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Is-Centre européen pour la statistique et le développement ASBL (CESD Communautaire) huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy