Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2008 – Promat vs UASI – Puertas Proma (Promat)
(Kawża T-300/06)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Promat – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti PROMA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 52)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Mejju 2006 (Każ R 1058/2005-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Puertas Proma, SAL u Promat GmbH.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Promat GmbH
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali Promat fir-rigward ta’ prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 2, 6, 17, 19, 20 u 42 – Applikazzjoni Nru 803825
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Puertas Proma, SAL
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
B’mod partikolari, it-trade mark figurattiva PROMA li tindika prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 20 u 39 – Applikazzjoni Nru 239384.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Promat GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy