Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Lulju 2008 – Hartmann vs UASI (E)
(Kawża T-302/06)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark verbali E – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Żball ta’ liġi – Nuqqas ta’ evalwazzjoni konkreta – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru (KE) Nru 40/94”
1. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Sinjali li jistgħu jintużaw fi trade mark - Ittri u numri (Regolament tal‑Kunsill Nru 40/94, Artikoli 4 u 7(1)(b)) (ara l-punti 29-31)
2. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b) u (3)) (ara l‑punti 32‑35)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Settembru 2006 (Każ R 805/2006-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat‑trade mark verbali E bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Paul Hartmann AG
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali E għall-prodotti li jaqgħu fil-klassijiet 5, 10 u 25 – Applikazzjoni Nru 4316949
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall‑Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-5 ta’ Settembru 2006 (Każ R 805/2006-4) hija annullata.
2)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Paul Hartmann AG.
Full & Egal Universal Law Academy