Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2008 – Novartis vs UASI (BLUE SOFT)
(Kawża T-330/06)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BLUE SOFT – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 46-47, 54)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Settembru 2006 (Każ R 270/2006-1) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali BLUE SOFT bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Novartis AG
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali BLUE SOFT għall-prodotti fil-klassi 9 - Applikazzjoni Nru 3007846
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Novartis AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy