Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Lulju 2010 – Evropaïki Dynamiki vs EEA
(Kawża T-331/06)
“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti tal-EEA – Provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza tat-teknoloġija tal-informatika – Ċaħda tal-offerta – Rikors għal annullament – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Kriterji tal-għoti stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt – Sottokriterji – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni”
1. Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti - Atti adottati mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 31, 32, 34, 35, 38, 39)
2. Dritt Komunitarju - Prinċipji - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Applikabbiltà fir-rigward ta’ atti adottati minn aġenziji stabbiliti abbażi tad-dritt derivat li jipproduċu effetti legali fir-rigward ta’ terzi (ara l-punti 33, 37)
3. Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Kriterji ta’ selezzjoni u ta’ għoti - Obbligu ta’ definizzjoni minn qabel - Obbligu ta’ osservanza tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ trasparenza - Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikoli 89 u 97(1); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 138(3)) (ara l-punti 59-61)
4. Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta - Evalwazzjoni fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli għar-rikorrenti meta jiġi ppreżentat ir-rikors (Artikolu 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149) (ara l-punti 120-123)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EEA tal-14 ta’ Settembru 2006, li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti EEA/IDS/06/002, dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza tat-teknoloġija tal-informatika (ĠU S 118-125101), u li tattribwixxi l-kuntratt pubbliku lil offerenti oħra.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy