Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Lulju 2008 – Stradivarius España vs UASI – Ricci (Stradivari 1715)
(Kawża T-340/06)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-l trade mark Komunitarja figurattiva Stradivari 1715 – Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti Stradivarius – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 51-57, 60, 61)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Settembru 2006 (Każ R 1024/2005-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Stradivarius España, SA u Cristina Ricci.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Cristina Ricci
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva Stradivari 1715 għal prodotti fil-klassijiet 14, 16 u 18 – Applikazzjoni Nru 2269256
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Stradivarius España, SA
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade marks Komunitarji figurattivi Stradivarius għal prodotti fil-klassijiet 14, 16 (Nru 1246164) u 18 (Nru 506469)
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Stradivarius España, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy