Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Marzu 2008 – Compagnie générale de diététique vs UASI (GARUM)
(Kawża T-341/06)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GARUM – Raġuni assoluta għal rifjut – Pubbliku rilevanti – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 37-38, 44-45)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta’ l-Ewwel Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tas-7 ta’ Settembru 2006 (Każ R 1401/2005-1) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali GARUM bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Compagnie générale de diététique SAS
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali GARUM għal prodotti fil-klassi 29 – Applikazzjoni Nru 3501939
Deċiżjoni ta’ l-eżaminatur :
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni ta’ l-Ewwel Bord ta’ l-Appell ta’ l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-7 ta’ Settembru 2006 (Każ R 1401/2005-1) hija annullata.
2)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ Compagnie générale de diététique SAS.
Full & Egal Universal Law Academy