Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2008 – Bateaux mouches vs UASI – Castanet (BATEAUX MOUCHES)
(Kawża T-365/06)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali BATEAUX MOUCHES – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u l-Artikolu 51(1) tar‑Regolament (KE) Nru 40/94 – Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu – Artikolu 7(3) u Artikolu 51(2) tar-Regolament Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja - Ċessjoni, revoka u invalidità - Raġunijiet assoluti ta’ invalidità (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 7(1)(b) u 51(1)(a)) (ara l‑punti 20, 29)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal‑UASI, tas-7 ta’ Settembru 2006 (Każ R 1172/2005-1) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Jean-Noël Castanet u Compagnie des bateaux mouches SA.
Informazzjoni dwar il-kawża
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:
Trade mark verbali BATEAUX MOUCHES għal servizzi fil-klassijiet 39, 41 u 42 – Trade mark Komunitarja Nru 1336122
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja:
Compagnie des bateaux mouches SA
Parti li ppreżentat it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:
Jean-Noël Castanet
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Kanċellazzjoni :
Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Kanċellazzjoni annullata
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Compagnie des bateaux mouches SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy