Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 – Viega vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-375/06)
“Kompetizzjoni – Akkordji – Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Parteċipazzjoni fil-ksur– Obbligu ta’ motivazzjoni – Multi – Dħul mill-bejgħ rilevanti – Ċirkustanzi attenwanti”
1. Kompetizzjoni - Akkordji - Prova - Grad ta’ preċiżjoni rikjesta tal-provi kkunsidrati mill-Kummissjoni (Artikolu 8(1) KE) (ara l-punti 32-34)
2. Kompetizzjoni - Akkordji - Ftehim bejn impriżi - Prova - Dikjarazzjoni ta’ impriża kkontestata minn impriżi oħrajn li huma partijiet fl-istess akkordju - Valur probatorju - Evalwazzjoni (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 35)
3. Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur - Oneru tal-Kummissjoni fir-rigward tal-prova tal-ksur u tat-tul tiegħu - Portata tal-oneru probatorju (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punt 36)
4. Kompetizzjoni - Akkordji - Parteċipazzjoni ta’ impriża f’inizjattivi antikompetittivi - Natura suffiċjenti, sabiex tinżamm responsabbli l-impriża, ta’ approvazzjoni taċita mingħajr tbegħid pubbliku (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punt 52)
5. Kompetizzjoni - Akkordji - Ftehim u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku - Prova (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punt 70)
6. Kompetizzjoni - Akkordji - Suq inkwistjoni - Delimitazzjoni - Kriterji (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punt 81)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 – Attrezzaturi) kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Viega GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy