Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 – Kaimer et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-379/06)
“Kompetizzjoni – Akkordji – Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Drittijiet tad-difiża – Parteċipazzjoni fil-ksur – Tul tal-ksur – Multi – Ċirkustanzi attenwanti – Proporzjonalità – Trattament ugwali”
1. Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Rispett tad-drittijiet tad-difiża - Aċċess għall-fajl - Portata - Nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ dokument li jinkulpa - Konsegwenzi li jvarjaw skont l-importanza tad-dokument fid-dawl tal-oneru ta’ prova li għandha l-Kummissjoni (ara l-punti 30-32)
2. Kompetizzjoni - Akkordji - Prova - Grad ta’ preċiżjoni rikjest mill-provi kkunsidrati mill-Kummissjoni (Artikolu 81(1) KE) (ar al-punti 47-49)
3. Kompetizzjoni - Akkordji - Ftehim bejn impriżi - Prova - Dikjarazzjoni ta’ impriża involuta kkontestata minn impriżi oħrajn li huma partijiet fl-istess akkordju - Valur probatorju - Evalwazzjoni (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punt 50)
4. Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur - Oneru tal-Kummissjoni fir-rigward tal-prova tal-ksur u tat-tul tiegħu - Portata tal-oneru probatorju (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punt 51)
5. Kompetizzjoni - Akkordji - Parteċipazzjoni ta’ impriża f’inizjattivi antikompetittivi - Natura suffiċjenti, sabiex tinvolvi r-responsabbiltà tal-impriża, ta’ approvazzjoni taċita mingħajr distakkar pubbliku (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 86-88)
6. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Rwol passiv jew emulattiv tal-impriża - Kriterji ta’ evalwazzjoni (Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punti 98, 99)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 – Attrezzaturi) kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Kawża COMP/F-1/38.121 – Attrezzaturi), huwa annullat sa fejn jirrigwarda l-perijodu mit-30 ta’ Lulju 1996 sal-31 ta’ Lulju 1997, bħala l-parteċipazzjoni ta’ Kaimer GmbH & Co. KG Holding u ta’ Sanha Kaimer GmbH & Co. KG, u l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 1998 sal-14 ta’ Lulju 1999, bħala l-parteċipazzjoni ta’ Sanha Italia Srl.
2)
L-ammont tal-multa imposta fuq Kaimer huwa stabbilit għal EUR 7.15 miljuni, li minnhom in solidum ma’ Sanha Kaimer għal ammont ta’ EUR 7.15 miljuni u ma’ Sanha Italia għall-ammont ta’ EUR 6.325 miljuni.
3)
Il-kumplament tar-rikors huma miċħud.
4)
Kaimer, Sanha Kaimer u Sanha Italia għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u 50 % tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.
5)
Il-Kummissjoni għandha tbati 50 % tal-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy