Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2008 – Inter-Ikea vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ pallet)
(Kawżi magħquda T-387/06 sa T-390/06)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta pallet – Raġuni assoluta għal rifjut – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 31, 34, 45)
Suġġett
Rikorsi ppreżentati kontra erba’ deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 ta’ Settembru 2006 (Każijiet R 353/2006-1, R 354/2006-1, R 355/2006-1 u R 356/2006-1), fir-rigward ta’ erba’ applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ trade marks figurattivi li jikkonsistu f’rappreżentazzjonijiet grafiċi ta’ pallet.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Inter-Ikea Systems BV
Trade marks Komunitarji kkonċernati:
Trade marks figurattivi li jirrappreżentaw pallet, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 7, 16, 20, 35, 39 u 42 — Applikazzjonijiet Nri 4073763, 4073731, 4073748 u 4073722
Deċiżjonijiet tal-eżaminatur:
Reġistrazzjonijiet irrifjutati
Deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell:
Appelli miċħuda
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-26 ta’ Settembru 2006 (Każijiet R 353/2006-1, R 354/2006-1, R 355/2006-1 u R 356/2006-1) huma annullati sa fejn jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni tat-trade marks li għalihom saru l-applikazzjonijiet f’dak li jirrigwarda prodotti u servizzi li jaqgħu fil-klassijiet 6, 7, 16, 20, 35, 39 u 42 skont il-Ftehim ta’ Nizza dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif irrivedut u emendat, bl-esklużjoni tal-“pallets għat-tagħbija metalliċi”, tal-“vetturi għall-ġarr tal-merkanzija u pallets għat-tagħbija metalliċi għall-imballaġġ u għat-trasport” u tal-“pallets għat-trasport metalliċi”, li jaqgħu taħt il-klassi 6, tal-“pallets għat-tagħbija mhux metalliċi”, “vetturi għall-ġarr tal-merkanzija u pallets għat-tagħbija mhux metalliċi għall-imballaġġ u għat-trasport” u tal-“pallets għat-trasport mhux metalliċi ”, li jaqgħu taħt il-klassi 20, kif ukoll tas-servizzi ta’ “kiri ta’ pallets għat-tagħbija”, li jaqgħu taħt il-klassi 39.
2)
Il-kumplament tar-rikorsi huma miċħuda.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy