Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-23 ta’ Settembru 2009 – Arcandor vs UASI – dm drogerie markt (S-HE)
(Kawża T‑391/06)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali S-HE – Trade marks nazzjonali verbali preċedenti SHE, trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti She u trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti She – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 29-33, 55-68)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Settembru 2006 (Każ R 301/2006-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Karstadt Quelle AG u dm drogerie markt GmbH.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
dm drogerie markt GmbH
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali S-HE għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 9, 14, 16, 18, 24, 25, 28, 32, 38, 41 u 42 – Applikazzjoni Nru 2766723
Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:
Arcandor AG, li kienet Karstadt Quelle AG
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark verbali Ġermaniża SHE għal prodotti fil-klassijiet 3 u 25, trade mark figurattiva Ġermaniża She għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 16, 18 u 25 kif ukoll trade mark figurattiva internazzjonali She għal prodotti fil‑klassijiet 3, 9, 16, 18 u 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Arcandor AG, li kienet Karstadt Quelle AG, hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy