Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ April 2010 – Union Investment Privatfonds vs UASI – Unicre-Cartão International De Crédito (unibanco)
(Kawża T-392/06)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva unibanco – Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti UniFLEXIO, UniVARIO u UniZERO – Produzzjoni tardiva ta’ dokumenti – Setgħa diskrezzjonali mogħtija mill-Artikolu 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Proċedura għat-tressiq ta’ kawża - Appell minn deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI - Eżami mill-Bord tal‑Appell - Portata - Fatti u provi mhux ippreżentati insostenn tal-oppożizzjoni fit-terminu stabbilit għal dan il-għan (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 74(2)) (ara l-punti 30-32)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Ottubru 2006 (Każ R 442/2004-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Union Investment Privatfonds GmbH u Unicre-Cartão International De Crédito, SA.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Unicre-Cartão International De Crédito, SA
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva unibanco għas‑servizzi fil-klassijiet 36 u 38 – Applikazzjoni Nru 1871896
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Union Investment Privatfonds GmbH
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade marks figurattivi Ġermaniżi UniFLEXIO u UniVARIO li jirrigwardaw is-servizzi fil-klassijiet 35 u 36, trade mark figurattiva Ġermaniża UniZERO applikabbli għas‑servizzi fil-klassi 36
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Union Investment Privatfonds GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy