Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Rabà Awla) tal-21 ta’ Jannar 2008 – giropay vs UASI (GIROPAY)
(Kawża T-399/06)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GIROPAY – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 27, 28, 36-40, 43)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Ottubru 2006 (Każ R 308/2005-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali GIROPAY bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Giropay GmbH
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali GIROPAY għal prodotti fil-klassijiet 9, 36 sa 38 u 42 – Applikazzjoni Nru 2843514
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud.
2) giropay GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy