Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Settembru 2009 – Zero Industry vs UASI – zero Germany (zerorh+)
(Kawża T-400/06)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat‑trade mark Komunitarja figurattiva zerorh+ – Trade marks nazzjonali figurattivi u verbali preċedenti zero – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh bejn is‑sinjali – Xebh bejn il-prodotti – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 25-28, 77-89)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Ottubru 2006 (Każ R 958/2005-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn zero Germany GmbH & Co KG u Zero Industry Srl.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Zero Industry Srl
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva zerorh+ għal prodotti fil-klassijiet 9, 18 u 25 – Applikazzjoni Nru 2004547
Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:
zero Germany GmbH & Co. KG, li kienet zero International Holding GmbH & Co. KG
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark figurattiva nazzjonali zero għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25 u trade mark verbali nazzjonali zero għal prodotti fil-klassi 9
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Zero Industry Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy