Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2008 – Vitro Corporativo vs UASI – VKR Holding (Vitro)
(Kawża T-412/06)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva Vitro – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti VITRAL – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 23, 31)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-13 ta’ Ottubru 2006 (Każ R 1364/2005-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn VKR Holding A/S u Vitro Corporativo, SA de CV.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Vitro Corporativo, SA de CV
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva Vitro għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 7, 8, 9, 11, 12, 16, 17, 19, 20, 21, 22, 27, 30, 35, 39, 40, 41, 42 u 43 – Applikazzjoni Nru 2669521
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
VKR Holding A/S
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark verbali Daniża (Nru 19561415 VR), Ġermaniża (Nru 725452), Brittanika (Nru 1436897) u Komunitarja (Nru 651745) VITRAL, għal prodotti, fost oħrajn, fil-klassi 19, li kontrihom hija diretta l-opożizzjoni
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa u r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja għal prodotti fil-klassi 19 irrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
1) Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Vitro Corporativo, SA de CV hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy