Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Awwissu 2007 – Galileo Lebensmittel vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-46/06)
“Rikors għal annullament – Implementazzjoni tad-Dominju ta’ l-Ogħla Livell “.eu” – Reġistrazzjoni ta’ l-isem tad-dominju “” – Użu riżervat għall-istituzzjonijiet, l-organi u l-korpi tal-Komunità – Locus standi – Inammissibbiltà”
1. Rikors għal annullament – Ġurisdizzjoni tal-qorti Komunitarja – Ordni indirizzat lil istituzzjoni – Inammissibbiltà (Artikoli 231 KE u 233 KE) (ara l-punti 25-26)
2. Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi u ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment (ir-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 230 KE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 874/2004, Artikolu 9(2)) (ara l-punti 32, 44-56)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirriżerva, skond l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004, tat-28 ta’ April 2004, li jippreskrivi r-regoli tal-politika pubblika li jikkonċernaw l-implementazzjoni u l-funzjonijiet tad-Dominju ta’ l-Ogħla Livell [.eu] u l-prinċipji li jirregolaw ir-reġistrazzjoni (ĠU L 162, p. 40), l-isem tad-dominju “” bħala isem ta’ dominju riżervat għall-użu ta’ l-istituzzjonijiet, l-organi u l-korpi tal-Komunità.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
Galileo Lebensmittel GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy