Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Settembru 2007 – González Sánchez vs UASI – Bankinter (ENCUENTA)
(Kawża T-49/06)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Artikolu 63(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Nuqqas ta’ locus standi – Inammissibbiltà”
Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti Komunitarja - Persuni li jistgħu jressqu kawża u li jkunu partijiet fil-kawża (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 63(4)) (ara l-punti 22-24)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tas-16 ta’ Diċembru 2005 (Każ R 1116/2005-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bankinter, SA u l-Confederación Española de Cajas de Ahorros.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Confederación Española de Cajas de Ahorros
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali ENCUENTA għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 36 u 38 – Applikazzjoni Nru 2534584
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Bankinter, SA
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Trade mark figurattiva Komunitarja ecuenta ebankinter għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 36 u 38 – Applikazzjoni Nru 2396760
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni miċħuda u applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:
Appell inammissibbli
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Francisco Javier González Sánchez huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.
Full & Egal Universal Law Academy