Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2011 – Eurallumina vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-62/06 RENV-R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Assenza ta’ urġenza”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni - Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 14-17)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova - Dannu finanzjarju - Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti - Evalwazzjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-grupp ta’ appartenenza - Interess pubbliku relatat mal-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jmur lil hinn mill-interess personali tal-azzjonisti tal-kumpannija rikorrenti (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 20, 21, 29-31)
3. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Rikors - Rekwiżiti proċedurali - Espożizzjoni tal-motivi li jiġġustifikaw, prima facie, l-għoti tal-miżuri mitluba (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 22, 23)
4. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Ċirkustanzi eċċezzjonali - Teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-grupp li tagħmel parti minnu l-kumpannija rikorrenti - Evalwazzjoni każ b’każ - Sitwazzjoni ta’ kontroll ekonomiku integrali fi ħdan grupp - Effett (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 34-37, 40, 41)
5. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju - Dannu li jista’ jiġi kkumpensat sussegwentement permezz ta’ rikors għad-danni – Dannu li ma jistax jitqies li huwa irreparabbli (Artikoli 268 TFUE, 278 TFUE u 340 TFUE) (ara l-punt 46)
6. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Evalwazzjoni tal-gravità tad-dannu mill-Imħallef għal miżuri provviżorji - Ksur tad-dritt għal azzjoni ġudizzjarja effettiva - Assenza - Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq - Assenza (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 51-55)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/323/KE, tas-7 ta’ Diċembru 2005, dwar l-eżenzjoni mid-dażju tas-sisa fuq iż-żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni ta’ allumina fir-reġjun ta’ Gardanne, fir-reġjun ta’ Shannon u f’Sardegna, implementata rispettivament minn Franza, l-Irlanda u l-Italja (ĠU 2006, L 119, p. 12) sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy