Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2009 – Lebard vs Il‑Kummissjoni
(Kawża T-89/06)
“Rikors għal annullament – Nuqqas ta’ interess ġuridiku – Inammissibbiltà”
1. Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Rikors li jista’ jkun ta’ benefiċċju lir-rikorrent (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 35-40)
2. Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Identifikazzjoni tas-suġġett tal-kawża - Sunt tal-motivi invokati - Rikors għad-danni kkawżati minn istituzzjoni Komunitarja (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 47-51)
Suġġett
B’mod partikolari, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiċħdu, minn naħa, talba għal eżami mill-ġdid tal-osservanza mill-kumpannija Aventis tal-obbligi li jirriżultaw mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-9 ta’ Awwissu 1999, fil-Każ IV/M.1378 – Hoechst/Rhône-Poulenc u, min-naħa l-oħra, talba għar-revoka tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Lulju 1999, fil-Każ IV/M.1517 – Rhodia/Donau Chemie/Albright & Wilson.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
D. Lebard għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
3)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent ta’ Valauret SA.
Full & Egal Universal Law Academy