Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Novembru 2007 – Gargani vs Il-Parlament
(Kawża T-94/06)
“Rikors taħt l-Artikolu 230 KE – Konvenut – Persuna fiżika jew ġuridika – Inammissibbiltà manifesta”
1. Rikors għal annullament - Rikors ta’ persuna fiżika jew ġuridika kontra persuna fiżika jew ġuridika oħra (ir-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 26-27, 30, 32, 35)
Suġġett
Talba għall-konstatazzjoni ta’ l-illegalità tad-deċiżjoni ta’ Josep Borrell Fontelles, li dak iż-żmien kien il-President tal-Parlament Ewropew, fil-kuntest tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari Kawża C-305/05.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
Giuseppe Gargani huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy