Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Novembru 2007 – Investire Partecipazioni vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-102/06)
“Rikors għal annullament – FEŻR – Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja – Nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbiltà”
Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment (ir-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 44, 47-49, 52-54)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 4683, tal-25 ta’ Novembru 2005, rigward tnaqqis tal-kontribuzzjoni mogħtija mill-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) b’applikazzjoni tad-deċiżjoni C (97) 2199, tas-27 ta’ Lulju 1997, li tapprova l-għajnuna tal-FEŻR favur miżuri previsti fid-dokument waħdieni ta’ programmar tal-perijodu 1997-1999 fir-reġjun tal-Piemonte (l-Italja) li jaqgħu taħt l-Obbjettiv Nru 2.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Investire Partecipazioni SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy