Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta' Lulju 2007 – Ayuntamiento de Madrid u Madrid Calle 30 vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-177/06)
“Għoti ta’ informazzjoni dwar il-proċedura li tikkonċerna d-defiċit eċċessiv – Regolament (KE) Nru 3605/93 – Sistema Ewropea tal-kontijiet 1995 (SEC 95) – Regolament (KE) Nru 2223/96 – Stqarrija għall-istampa ta’ l-Eurostat – Rikors għal annullament – Att li jista’ jiġi kkontestat – Inammissibbiltà”
Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti (Artikolu 230 KE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 3605/93, Nru 2223/96 u Nru 2103/2005) (ara l-punti 51-66, 71)
Suġġett
Talba għall-annullament ta’ l-istqarrija għall-istampa ta’ l-Eurostat Nru 48/2006, ta’ l-24 ta’ April 2006, safejn din tinkludi deċiżjoni tal-Kummissjoni (Eurostat) dwar il-klassifika ta’ Madrid Calle 30 fil-qasam “amministrazzjonijiet pubbliċi” fi ħdan is-sistema Ewropea tal-kontijiet 1995 (SEC 95).
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
Ayuntamiento de Madrid u Madrid Calle 30, SA huma kkundannati għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy