Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2008 – European Association of Im- and Exporters of Birds and live Animals et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-209/06)
“Rikors għal annullament – Ammissibbiltà – Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE – Persuni fiżiċi u ġuridiċi – Assoċjazzjonijiet – Deċiżjoni 2006/522/KEE – Interess individwali – Saħħa tal-annimali – Miżuri ta’ ħarsien relatati mal-influwenza tat-tjur”
1. Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Deċiżjoni tal-Kummissjoni rigward miżuri ta’ ħarsien relatati mal-influwenza tat-tjur li jaffettwaw l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ għasafar minn pajjiżi terzi (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Deċizjoni tal-Kummissjoni 2006/522) (ara l-punti 28-34)
2. Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Deċiżjoni tal-Kummissjoni rigward miżuri ta’ ħarsien relatati mal-influwenza tat-tjur li jaffettwaw l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ għasafar minn pajjiżi terzi (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230, KE; Deċizjoni tal-Kummissjoni 2006/522) (ara l-punt 36)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/522/KE tal-25 ta’ Lulju 2006, li temenda d-Deċiżjonijiet 2005/759/KE u 2005/760/KE rigward ċerti miżuri ta’ ħarsien relatati mal-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja u l-movimenti ta’ ċerti għasafar ħajjin fil-Komunità (ĠU L 205, p. 28.)
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-rikorrenti huma kkundannati għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
Full & Egal Universal Law Academy