Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Jannar 2008 – Arktouros vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-260/06)
“Rikors għal annullament – Regolament (KE) Nru 1655/2000 – Kanċellament ta’ l-għajnuna finanzjarja mogħtija għal proġett ekoloġiku – Deċiżjoni li ttemm il-proġett u li tordna l-ħlas lura tas-somom imħallsa bil-quddiem – Att konfermattiv – Skadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors – Inammissibbiltà”
1. Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 52, 55-56)
2. Rikors għal annullament – Rikors intiż kontra d-deċiżjoni konfermattiva ta’ żewġ deċiżjonijiet mhux ikkontestati fit-termini previsti (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 57-59)
Suġġett
Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni E (2006) 3181 finali, tas-6 ta’ Lulju 2006, li minn naħa, ittemm proġett li jikkonċerna azzjonijiet ta’ konservazzjoni fil-Park Nazzjonali ta’ Pindos ta’ Fuq (il-Greċja) (Ellas – LIFE03/NAT/GR/000089), u, min-naħa l-oħra, tordna r-rimbors tas-somom imħallsa bil-quddiem lir-rikorrenti bħala għajnuna finanzjarja Komunitarja li kienet ingħatatilha skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2003) 2919 finali, ta’ l-4 ta’ Settembru 2003.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Etairia prostasias kai diacheirisis fysikou perivallontos kai agrias zoïs Arktouros għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy