Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Lulju 2008 – Fresyga vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-323/06)
“Rikors għal annullament – Direttiva 92/43/KEE – Konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa – Deċiżjoni 2006/613/KE – Elenku ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju – Att li jista’ jiġi kkontestat – Nuqqas ta’ interess dirett — Inammissibbiltà”
1. Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Kunċett - Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti (L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Direttiva tal-Kunsill 92/43, Artikoli 4(2) u (5), u 6; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/613, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 1, u Annessi 1, 2 u 3) (ara l-punti 22-26)
2. Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Direttiva tal-Kunsill 92/43, Artikoli 4(5) u 6; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/613, Anness 1) (ara l-punti 32-37)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/613/KE, tad-19 ta’ Lulju 2006, li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, l-elenku ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju (ĠU L 259, p. 1), sa fejn tindika s-sit imsejjaħ “Ramblas de Gergal, Tabernas y Sur de Sierra Alhamilla”, li fih tinsab l-art tar-rikorrenti, bħala sit ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Fresyga, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy